Ir-rispons tal-klijenti
-
Kif inhu possibbli li ħaġa bħal din ġiet żviluppata biss fir-Repubblika Ċeka?
Iva, kemm l-idea u kif ukoll il-privattiva huma ta’ oriġini Ċeka. -
Inkredibbli, għamilt avvanz kbir fis-sistema tal-lingwi!
Iva, kull min irid jista’ jikkomunika permezz tal-mapep tagħna tal-lingwi. -
Din is-sistema veru taħdem?
Iva, il-mapep tagħna tal-lingwi diġà qed jintużaw madwar id-dinja minn eluf ta’ nies, li qed jiksbu riżultati ta' barra minn hawn; dawn issa jistgħu jikkomunikaw ma' xulxin; l-ostakoli ġew eliminati. -
Kif taħdem proprjament is-sistema?; Fiha xi strateġija moħbija? b>
Le, is-sistema ma fiha l-ebda strateġija moħbija. Fiha biss sommarju, magħżul b’mod mill-aktar inġenjuż, li jagħtik għażla ta’ kliem, frażijiet u elementi grammatikali li int żgur li se ssib użu għalihom f’ħin jew ieħor; is-sistema tant hija sofistikata li tippermettilek tuża l-mappa tal-lingwa b’mod intuwittiv, u permezz tal-istruzzjonijiet li ssib inklużi, tista’ tikkomunika kullimkien b’mod immedjat. -
Perfett! Nista’ nużaha biex nikkopja waqt il-lezzjonijiet tal-iskola! b>
Iva, żgur li tista’ tużaha bħala mod biex tikkopja waqt il-lezzjonijiet tal-iskola, iżda jekk tuża l-mappa sew u kif suppost, tara kemm tassew dan il-metodu ta’ tagħlim huwa wieħed li jaħdem minnufih. -
Nistgħu nqabblu IGMP ma’ gwidi għat-tagħlim tal-lingwi? b>
Gwidi għat-tagħlim tal-lingwi ġeneralment huma pubblikazzjonijiet li jeħtieġu sigħat eċċessivament twal għall-fażi ta’ orjentament u li jirrekkjedu ħafna ħin biex wieħed jiskopri liema huma l-kliem jew il-frażijiet li għandu bżonn; il-mappa tal-lingwa, minflok, tagħtik l-informazzjoni kollha minnufih. Il-mappa tal-lingwa tinkludi appoġġ sħiħ permezz tal-Internet (GJNP.CZ). B’hekk, dan il-metodu huwa ferm aktar komplet u utli minn kwalunkwe gwida għat-tagħlim tal-lingwi f'dak li jirrigwarda l-informazzjoni dwar il-lingwa.
Permezz tal-mappa tal-lingwa, inti tista’ titkellem b’mod immedjat, kullimkien. -
Jiġifieri se nkun nista’ nitgħallem lingwa barranija perfettament permezz tal-mapep tal-lingwi?
Huma biss ftit dawk li għandhom bżonn jużaw lingwa barranija l-ħin kollu. Ħafna nies ikollhom bżonnha biss għal perjodi limitati (waqt vaganzi, vjaġġi fuq xogħol, eċċ.) Il-mappa tal-lingwa ġiet maħsuba għal min jixtieq li jikkomunika b’mod immedjat u li fl-istess ħin ma jixtieqx jaħli l-ħin jitgħallem permezz ta' mezzi ta' edukazzjoni tradizzjonali, li ħafna minnhom jeħtieġu aktar ħin milli wieħed jista’ jippermetti. Sa ċertu punt, il-mezzi ta' edukazzjoni tradizzjonali ma jistgħux jiġu sostitwiti b’mezzi oħra, iżda biex dawn ikunu effettivi jeħtieġu li t-tagħlim isir mill-inqas tliet darbiet fil-ġimgħa, f’lezzjonijiet ta’ sagħtejn kull wieħed. Min fostna jista’ jissagrifika dak il-ħin liberu kollu? Il-mappa tal-lingwa hija inġenjuża minħabba li fiha ssib il-kliem u l-frażijiet kollha li teħtieġ, lesti għall-użu. Permezz tal-mappa tal-lingwa, m’għandekx għalfejn tillimita ruħek biex titgħallem biss mill-kotba, fuq l-iskrivanija.