Termini
Termini
Kif tikkonkludi kuntratt
Tranżazzjonijiet individwali jiġu konklużi fuq il-bażi ta’ ordnijiet mill-klijenti li jsiru permezz tal-Internet. Il-preparazzjoni ta’ ordni vinkolanti tista' tkun preċeduta minn offerta mill-fornitur ibbażata fuq talba tal-klijent. Sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor, dawn it-termini japplikaw għal relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur u x-xerrej.
Ordni
Ordni vinkolanti għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
- Isem u kunjom il-klijent, indirizz postali (jew indirizz differenti għall-kunsinna ), numru tat-telefon u indirizz e-mail
- Oġġett identifikat b'mod ċar biex jinxtara u l-ammont
- L-ordni tista’ tiġi miċħuda jew imħassra jekk ikollha informazzjoni nieqsa, iżda min-naħa tal-fornitur biss.
Konferma tal-ordni
Meta tasal l-ordni, il-fornitur jibgħat konferma tal-ordni lill-klijent permezz tal-posta elettronika. Il-fornitur għandu jibgħat il-konferma tal-ordni lill-klijent fl-iqsar żmien possibbli, mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol wara li tasal l-ordni. Qabel ma tiġi kkonfermata l-ordni, jista’ jagħti l-każ li jkun hemm bżonn li kull informazzjoni li mhijiex kompluta tiġi ċċarata, u li jitqies ukoll l-istatus tal-istokk disponibbli mill-fornitur. Wara li tiġi kkonfermata, l-ordni għandha titqies mill-klijent bħala ordni vinkolanti- dan il-fatt għandu jiġi rrispettat miż-żewġ partijiet.
Tħassir tal-ordni
Wara li l-ordni tiġi kkonfermata mill-fornitur, kull tibdil fl-ordni jew tħassir tal-ordni għandu jiġi diskuss direttament mal-fornitur. Jekk il-klijent ma jaċċettax l-oġġetti li jkunu ġew ordnati (mingħajr ma jkun avża lill-fornitur minn qabel), il-fornitur jirriżerva d-dritt li jitlob lill-klijent għal ħlas ta’ kanċellazzjoni, li jikkonsisti fl-ammont ta’ spejjeż li jkun nefaq il-fornitur.
Żmien biex issir il-kunsinna
Il-fornitur huwa obbligat li jibgħat l-oġġetti ordnati lill-klijent fl-iqsar żmien possibbli. Normalment ikun hemm bżonn bejn 1 u 5 ijiem ta’ xogħol biex l-ordni tiġi pproċessata mill-faċilità ta’ ħażna fejn il-fornitur iżomm l-istokk tiegħu. Jekk il-fornitur ma jkunx jista’ jipproċessa l-ordni mill-istokk disponibbli, għandu jinforma lill-klijent dwar dan, u għandu jipprovdi data li fiha għandha tiġi pproċessata l-ordni. F'din is-sitwazzjoni, l-ordni normalment għandha ssir fi żmien 4 ġimgħat. F’ċertu każijiet eċċezzjonali, jista’ jkun hemm bżonn ta’ perjodu ta’ żmien itwal.
Kunsinna tal-ordni
Il-fornitur huwa obbligat li jibgħat il-kunsinna skont il-mezzi miftiehma mal-klijent. Il-klijent għandu jħallas CZK 90 għall-ispejjeż ta’ immaniġġar.
Kondizzjonijiet għall-ħlas
Normalment, il-metodu ta’ pagament għal ordni standard mibgħuta mill-fornitur huwa dak ta’ ħlas mal-kunsinna (cash on delivery). Skont il-każ, jista' wkoll isir ħlas fi flus kontanti meta l-prodott jingħata lill-klijent.
Garanzija
Il-garanzija għall-firxa sħiħa hija ta’ 24 xahar.
Ilmenti
L-ilmenti jiġu solvuti fuq bażi individwali, permezz ta’ skambju jew ftehim reċiproku. Il-klijent jista’, għal kwalunkwe raġuni, ittemm il-kuntratt ta' xiri u jirritorna l-oġġetti sħaħ lill-indirizz tal-fornitur. Skont paragrafu 6 tal-Kodiċi Ċivili Nru. 367/2000 kif emendat, il-konsumatur għandu d-dritt li jirtira mill-kuntratt fi żmien 14-il jum minn meta jaċċetta l-merkanzija. Jekk jiddeċiedi li jagħmel hekk, l-oġġetti għandhom ikunu bla ħsara, m’għandu jkollhom l-ebda sinjali ta’ użu, għandhom ikunu fl-imballaġġ oriġinali u sħiħ tagħhom, u għandhom jintbagħtu lura fil-perjodu stipulat (skont id-data li fiha jkunu ntbagħtu). Qabel ma’ oġġett jintbagħat lura lill-indirizz tagħna, nitolbu li jintbagħat avviż formali ta’ rtirar mill-kuntratt tax-xiri (permezz tal-e-mail). Dan għandu jinkludi n-numru tal-ordni. Nitolbu wkoll li tingħata raġuni għad-deċiżjoni (għalkemm dan mhuwiex meħtieġ mil-liġi jew mill-kondizzjonijiet għar-rimborż stipulati minna) - din tgħinna ntejbu s-servizz tagħna. Wara li jaslu l-oġġetti li jkunu ġew ritornati, il-flus jingħataw lura (bl-eċċezzjoni tal-spejjeż għall-kunsinna u l-immaniġġar) billi jintbagħtu direttament fuq l-indirizz tax-xerrej jew permezz ta’ transfer lill-kont tax-xerrej fi żmien 14-il jum ta' xogħol wara li tasal nota ta’ kreditu ffirmata, li tintbagħat lill-indirizz tax-xerrej immedjatament wara li l-oġġetti jkunu waslu u jkunu ġew ikkontrollati fiżikament. L-ebda oġġetti ma jistgħu jintbagħtu lura fuq bażi ta’ ħlas mal-kunsinna (cash on delivery). Pakketti ta’ dan it-tip ma jiġux aċċettati u jintbagħtu lura minnufih lill-mittent.
Skont paragrafu 7 tal-Kodiċi Ċivili 367/2000 kif emendat, il-konsumatur ma jistax jirtira mill-kuntratt tax-xiri:
- għall-provvista ta’ servizzi li jkunu ġew skarikati bl-approvazzjoni tiegħu qabel ma jgħaddu 14-il jum minn meta jkun aċċetta s-servizzi
- għal oġġetti jew servizzi, li l-valur tagħhom jiddependi fuq movimenti u ċaqliq fis-suq finanzjarju, b’mod indipendenti mill-fornitur
- għal prodotti modifikati skont ix-xewqat tal-konsumatur jew għall-persuna tiegħu; dan japplika wkoll għal oġġetti li huma suġġetti għal deterjorazzjoni, therrija jew tiqdim rapidu
- fil-każ ta’ reġistrazzjonijiet awdjo u video, kif ukoll fil-każ ta’ programmi tal-kompjuter, jekk il-konsumatur jikkawża ħsara lill-imballaġġ oriġinali
- għal gazzetti, ġurnali u rivisti
- għal oġġetti li jikkonsistu minn logħob jew lotteriji
Protezzjoni tad-dettalji personali
Aħna nirrispettaw il-privatezza tiegħek. Sabiex inkunu nistgħu nipprovdulek servizz xieraq, għandna bżonn niksbu ftit informazzjoni personali dwarek. Din l-informazzjoni se tiġi protetta mill-abbuż, u qatt m’aħna se ngħadduha lil partijiet terzi. Meta tuża dan il-ħanut online, inti tkun qed taqbel mal-ġbir u l-użu ta’ informazzjoni li tirrigwarda lilek u lill-attivitajiet tiegħek ta' xiri skont il-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq. Billi tipprovdi informazzjoni speċifika, inti tkun qed taqbel li tiġi infurmat/a dwar aħbarijiet u aġġornamenti mill-ħanut online tagħna permezz tal-e-mail jew tat-telefon. F’każ li ma tkunx trid tirċievi din l-informazzjoni, tista’ twaqqaf din il-parti tas-servizz meta tixtieq. Inti tista’ dejjem tiddeċiedi li tħassar ir-reġistrazzjoni tiegħek jew li twettaq kwalunkwe tip ta’ tħassir komplut.