Kif titgħallem
Għeżież ħbieb tal-lingwi barranin,
Nixtieq nippreżenta sistema u sett ta’ struzzjonijiet dwar kif wieħed jista’ jitgħallem lingwa barranija fl-iqsar żmien possibbli u bl-aktar mod effiċjenti. Din il-gwida hija bbażata fuq l-esperjenza tiegħi. Jien naf bejn 10 u 12-il lingwa u għalija li nitgħallem lingwa ġdida hija xi ħaġa ta’ ftit jiem. Int tista’ tkun l-istess bħali, speċjalment jekk toqgħod f’pajjiż fejn il-lingwa li tixtieq titgħallem hija mitkellma jew jekk qiegħed f’kuntatt ma’ nies li jitkellmu din il-lingwa.
B’mod ġenerali, it-tagħlim ta’ lingwa barranija huwa magħmul minn tliet fażijiet:
- Li tippronunzja l-kliem tal - lingwa barranija – kważi mill-ewwel
- Li tisma l-lingwa barranija – dan issoltu jseħħ wara, meta jkollok kuntatt ma’ min ikun imwieled fil-pajjiż u jitkellem il-lingwa tal-pajjiż
- Li titkellem bil-lingwa barranija b’mod mexxej u li tkun kapaċi taħseb biha – dan iseħħ wara, meta jkun irrnexxielek titgħallem sew vokabularju bażiku ta’ madwar 1000 kelma
Il-ksib ta’ għerf bażiku dwar kwalunkwe lingwa jseħħ permezz tal-pronunzja tal-kliem tagħha u permezz ta’ konoxxenza tajba tal-alfabett tal-lingwa kkonċernata. Huwa biss wara li jinkisbu dawn l-elementi partikolari li wieħed ikun lest għat-tagħlim proprju:
L-ewwel, għandek titgħallem il-pronomi personali (Jien, int, huwa, hija, huwa/hija, aħna, intom, huma). Wara dawn “iva, le, grazzi, jekk jogħġbok, skużani”. Imbagħad jiġu l-frażijiet l-oħra “L-għodwa t-tajba, il-wara nofsinhar it-tajjeb, il-lejla t-tajba, saħħa, kif int”, flimkien ma’ elementi soċjali bażiċi oħra tal-lingwa. Nissuġġerixxi li wara dawn titgħallem l-aktar verbi importanti “kien, kellu u mar”, u li tiżgura li titgħallimhom fit-tempi tal-preżent, tal-passat u tal-futur sa mill-bidu nett. Naħseb li huwa żball li titgħallem il-verbi fit-temp tal-preżent biss, minħabba li ma tistax titħaddet bl-użu tat-temp tal-preżent biss. Wara l-verbi nissuġġerixxi li titgħallem in-numri, li ma tista' tikkomunika fl-ebda lingwa barranija mingħajrhom. Wara n-numri jiġu l-aktar verbi komuni, ovvjament fit-tempi kollha, flimkien ma’ għarfien lingwistiku tajjeb tat-tempi tal-preżent, tal-futur u tal-passat. Imbagħad inkomplu billi nitgħallmu l-ħin, il-forom tal-komparattiv u s-superlattiv tal-aġġettivi, l-avverbji u l-grammatika, jiġifieri l-pronomi personali u possessivi u l-pronomi fit-tielet u r-raba’ każ. Wara dawn jiġu l-pronomi dimostrattivi u l-artikli definiti u indefiniti, segwiti minn kliem ewlenin, kemm dawk għal użu speċjalizzat kif ukoll dawk għal użu ġenerali.
Wara li wieħed jirnexxilu jitgħallem sew dawn il-ħiliet, għandu jkompli bit-tagħlim billi jagħmel użu minn metodu eżistenti – tagħlim personali, tagħlim fi skola jew prattika proprja f’pajjiż barrani, anki forsi permezz ta’ kuntatt ma’ kelliema imwielda fil-pajjiż u li jitkellmu l-lingwa tal-pajjiż.
Ftit għajnuniet:
- L-aktar lingwa barranija diffiċli biex titgħallem hija l-ewwel waħda. Din il-gwida lingwistika tuża sistema ta’ tagħlim li tagħmilha aktar faċli biex wieħed jitgħallem lingwi oħrajn.
- Ġie ppruvat li għall-aktar taħdita sempliċi hemm bżonn biss ta' 300 kelma; għal konversazzjoni komuni, 1000 mill-aktar kliem użat huma biżejjed.
- Tagħlim u prattika ta’ darba fil-ġimgħa jgħinu biss biex wieħed iżomm “il-qagħda”, u mhuwiex biżżejjed biex jinkoraġġixxi titjib. Għalhekk, idealment hemm bżonn ta’ prattika 3 jew 4 darbiet fil-ġimgħa. Tagħlim “mill-kexxun” (ta’ darba jew darbtejn fil-ġimgħa) mingħajr ma tmur fil-pajjiż jew titkellem ma’ nies mill-pajjiż iwassal għal sitwazzjoni fejn iddum 10 darbiet aktar biex titgħallem.
- Meta tinsab fil-pajjiż fejn il-lingwa hija mitkellma, tippruvax tagħmel użu minn dak li taf fil-lingwi l-oħra u tibdiex tuża l-lingwa.
- Meta titkellem jew tikteb bil-lingwa, jew tużaha biex tindirizza lil xi ħadd mill-pajjiż, ħu nota ta’ liema espressjonijiet jintużaw u pprova weġibhom b’mod loġiku u naturali permezz ta’ frażijiet li huma simili jew identiċi.
- F’każ ta’ komprensjoni li mhijiex eżattament perfetta, ipprova ifhem u identifika l-kuntest u t-tifsira ġenerali tal-messaġġ (kemm jekk tinvolvi mistoqsija, kemm fir-rigward tat-temp użat). Anki jekk ma tkunx tista’ tifhem kollox 100%, tinkwetax; ipprova irrispondi għal dak li tifhem, jew staqsi mistoqsijiet li jgħinuk tifhem.
L-iskop ta’ din il-gwida mhuwiex it-tagħlim komplut u perfett ta’ lingwa barranija; li tagħmel hu li tiġbor l-aktar affarijiet importanti li għandek tiftakar waqt li tkun qed titgħallem lingwa, u ma ġietx maħsuba biex tieħu post il-metodi l-oħra għat-tagħlim tal-lingwi.
Nispera li għintkom xi ftit fl-istudji tagħkom, u nawguralkom kull suċċess.
L-awtur tagħkom, Zdeněk Pilecký